Raġel ta’ 52 sena minn Birżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’xaft ġewwa daru. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-18:05 fi Triq il-Vitorja, l-Isla.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel kien waqa’ f’xaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġewwa daru stess. Fuq il-post ġew imsejħa il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel u ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.