Jinġabru €8,000 għall-għaqdiet tal-annimali mill-kunċert li sar fil-Palazz tal-Girgenti – One News

Notifiki

Jinġabru €8,000 għall-għaqdiet tal-annimali mill-kunċert li sar fil-Palazz tal-Girgenti

€8,000 inġabru f’donazzjonijiet mill-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Nighat at the Palace’.

Kunċert li sar fil-Palazz tal-Girgenti taħt il-Patroċinju tal-Prim Ministru Robert Abela u Martu s-Sinjura Lydia Abela.

Id-donazzjonijiet tqasmu bejn għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali.

Fost dawk li bbenefikaw hemm SPCA, Noah’s ark, Gozo SPCA, Stray Animal Support group, Animal Care Malta, RMJ Horse Rescue, National Cat Society, Island Sanctuary, Association Abandoned Animals, Animal Guardians Malta, Association of Carers for Stray and Abandoned Felines.

“Tfisser ħafna li sinjura Abela qed tagħti din l-importanza lill-annimali.”

Fil-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet, Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela, irringrazzjat lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għat-twaqqif ta’ dan l-avveniment mużikali memorabbli.

Iċ-Chairman tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta Sigmund Mifsud tkellem dwar is-suċess ta’ dan il-kunċert.

Il-mużika mal-opera ħadem ħafna, L-orkestra tat prestazzjoni mill-aqwa.”

Dr Abela qalet li hija konvinta li dawn il-fondi se jintużaw bl-aħjar mod possibbli, u fejn l-aktar li huwa meħtieġ minn dawn l-NGOs, li jaħdmu b’qalbhom kollha lejn soċjetà li jinteressaha mill-ħarsien tal-annimali.

“Il-familji Maltin u Għawdxin attendew bi ħġarhom. Id-dħul kien b’xejn u taw donazzjoni. Grazzi għal ġenerozita tagħkhom.”

Dr Lydia Abela saħqet li x-xogħol tagħha se jkompli jiffoka fuq oqsma li jtejbu l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, fost oħrajn permezz ta’ proġetti innovattivi għat-tisħiħ tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend