Partitarji Nazzjonalisti esprimew id-dieqa tagħhom dwar l-istat tal-finanzi tal-Partit Nazzjonalista.
Partitarju minnhom kiteb fuq facebook sabiex juri r-rabja tiegħu lejn id-deputati ribelli u iddefenda lil Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo, li huwa wkoll il-kaxxier tal-partit wara li kien irriżenja Antoine Zammit.
Dan il-partitarju qal li jekk xi ħadd irid ikun jaf kif titħaddem l-iskema ta’ dejn sigriet taċ-ċedoli għandu jiltaqa ma’ Robert Arrigo.
Kiteb li l-każin nazzjonalista ta’ San Ġiljan inbiegħ għal ħames mitt elf ewro u ftit ġranet wara l-avukat li kien involut fil-bejgħ ta’ dan il-każ, biegħu għal miljun u mitejn elf ewro.
Dan il-partitarju fetaħ attakk fuq id-deputati tal-fazzjoni Busuttil li kellhom impjieg ukoll fil-Partit Nazzjonalista.
Hawnhekk semma lil Claudette Buttigieg. Qal li kienet titħallas mill-Partit Nazzjonalista talli ma tagħmel xejn.
Dan il-partitarju Nazzjonalista kiteb li staqsa diversi drabi lil Claudette Buttigieg, jekk tiċħadx li kellha salarju ta’ ħamsin elf ewro fis-sena.
Dan anki fl-isfond li ħaddiema oħra tal-midja Nazzjonalista ntalbu jagħmlu s-sagrifiċċji minħabba l-qagħda mwergħa tal-finanzi tal-partit.
“Tal-mistħija”, kiteb l-partitarju Nazzjonalista.
“Nies kienu qed jeħilbu l-partit”, qal dan il-partitarju Nazzjonalist, iddispjaċut li wara li tħallsu dawn il-flus mill-Partit Nazzjonalista, ċertu deputati sfiduċjaw lil Adrian Delia.
Dan il-kumment tal-partitarju esponieh ukoll il-kummentatur politiku Simon Mercieca li qal li min jaqra l-kumment tal-partitarju Nazzjonalist, jista’ jifhem għala ta’ kontra Delia jridu jżommu lill-partit f’idejhom.
Qal li qed jagħmluh minħabba l-but.