Il-bugħaddasa jistgħu issa jinżlu u jaraw tliet ajruplani taħt il-baħar Malti – One News

Notifiki

Il-bugħaddasa jistgħu issa jinżlu u jaraw tliet ajruplani taħt il-baħar Malti

L-ibħra Maltin qed jaraw żieda ta’ tliet siti storiċi ġodda li se jkunu jistgħu jitgawdew minn għexieren ta’ bugħaddasa Maltin u oħrajn li jiġu f’pajjiżna minn kull rokna tad-dinja.

Tnejn minn dawn iż-żewġ siti jinvolvu żewġ tipi  ta’ ajruplani li jmorru lura lejn it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-B24 li ntuża matul il-gwerra mill-forzi alleati u li ġġarraf fil-baħar hu u nieżel lejn Malta, u d-Douglas li xħin telaq minn Ħal Far mgħobbi bil-posta kellu ħsarat u spiċċa waqa’ u għereq.

It-tielet sit huwa dak tal-ajruplan JU-88 li jinsab fin-Nofshinar tal-ibħra Maltin u qiegħed mija u għaxar metri taħt l-ilma.

Il-Professur Timmy Gambin qal ma’ dan l-istazzjon li b’dawn is-siti ġodda, Heritage Malta issa għandha b’kollox ħmistax-il sit taħt l-ilma u spjega li dan is-suq huwa ferm kompetittiv internazzjonalment.

“L-idea hija li dejjem inkabbru l-prodott tagħna u anke Nazzjonali. B’dan il-prodott li dejjem qed nespanduh għax għandna pjanijiet li niftħu siti oħrajn is-sena d-dieħla nibqgħu kompettittivi f’suq li huwa kompettitiv ħafna li nippruvaw kemm jista’ jkun bugħaddasa speċjalizzati biex jinżlu fuq dawn is-siti.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Kultura Jose Herrera tenna l-importanza ta’ siti simili li se jkomplu jkabbru l-ekonomija ta’ pajjiżna permezz ta’ turiżmu ġdid li kull ma jmur qed iżid fil-popolarità.

“Din tixpruna ħafna t-turiżmu għaliex għandna industrija qawwija u b’saħħitha ta’ turiżmu tal-bugħaddasa ovvjament għax għanda baħar nadif għanda koral mill-isbaħ, għandna ħut b’abbundanza pero jiġu l-iktar biex jaraw l-arkeoloġija marittima.”

Preżenti l-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar spejga kemm kienet kruċjali d-deċżjoni li Heritage Malta tingħata siti bħal dawn biex b’hekk jibqgħu jitgawdew mill-ġenerazzjoni futura.

Id-direttur Eżekuttiv ta’ Heritage Malta Noel Zammit qal li l-importanza tal-wirt m’huwiex biss fuq l-art iżda wkoll fil-baħar u għalhekk l-importanza li jiġu preservati siti taħt il-baħar biex l-istorja rikka ta’ Malta tibqa’ ħajja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend