Ibrahim ben Jeddi ta’ nazzjonalita Libjana weħel erba’ xhur ħabs wara li ametta li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu b’rabta mal-ħeslien mill-arrest.
Fl-2016, il-Libjan kien involut fi ġlieda f’Paċeville bix-xwabel tas-samurai. Allegatament hu u raġel ieħor kien attakkaw bix-xwabel żewġ bouncers f’Paceville. Filwaqt li fl-2018 allegatament huwa weġġa’ gravi raġel ieħor meta kien involut fi ġlieda.
Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-għassa tal-pulizija.
Huwa kien qed jiġi mfittex mill-pulizija wara li kien ilu minn Novembru ma jiffirma fl-għassa.
L-ispettur Mark Mercieca qal li t-tlieta tfaċċa fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija.