Erba’ xhur ħabs għar-raġel li kien involut fi ġlieda bix-xwabel tas-samurai f’Paceville – One News

Notifiki

Erba’ xhur ħabs għar-raġel li kien involut fi ġlieda bix-xwabel tas-samurai f’Paceville

Ibrahim ben Jeddi ta’ nazzjonalita Libjana weħel erba’ xhur ħabs wara li ametta li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu b’rabta mal-ħeslien mill-arrest.

Fl-2016, il-Libjan kien involut fi ġlieda f’Paċeville bix-xwabel tas-samurai. Allegatament hu u raġel ieħor kien attakkaw bix-xwabel żewġ bouncers f’Paceville. Filwaqt li fl-2018 allegatament huwa weġġa’ gravi raġel ieħor meta kien involut fi ġlieda.

Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-għassa tal-pulizija.

Huwa kien qed jiġi mfittex mill-pulizija wara li kien ilu minn Novembru ma jiffirma fl-għassa.

L-ispettur Mark Mercieca qal li t-tlieta tfaċċa fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Minn hawn għal barra jmisshom dawn u mela erba xhur ħabs jgħix minn fuqna. U ta ruħu b’idejh dan biex żgur nagħtuh jiekol u jorqod. Mhux hekk!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend