‘Umiljanti’- Juan Carlos jitlaq minn Spanja – One News

Notifiki

‘Umiljanti’- Juan Carlos jitlaq minn Spanja

L-eks Re ta’ Spanja Juan Carlos telaq minn pajjiżu lejn destinazzjoni mhux magħrufa wara li ħabbar dan ilbieraħ f’ittra li bagħat lil ibnu. Huwa xorta se jibqa’ disponibbli għal investigazzjoni li hu għandu rabtiet magħha.

F’Ġunju li għadda l-ogħla Qorti fi Spanja bdiet tinvestiga l-allegat involviment tal-eks re, li llum għandu 82 sena, f’kuntratt mal-Arabja Sawdija. Juan Carlos abdika fl-2014 wara renju ta’ kważi erbgħin sena, wara li kienet bdiet investigazzjoni dwar l-allegat korruzzjoni u każ ieħor ta’ btala li ħa r-re biex jikkaċċja l-iljunfanti fi żmien kriżi finanzjarja fi Spanja.

 

Ritratt: Getty Images

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Monarkija korrotta sal-għeruq. Spanja jmissha ilha Repubblika imma l-kattoliku faxxist u dittatur Francisco Franco neħħa gvern leġittimu Repubblikan bis-saħħa tal-knisja kattolika spanjola, bis-saħħa ta’ Hitler u bis-saħħa tal-idolu l-ieħor tan-nazzjonalisti Maltin Benito Mussolini. Il-lemin dejjem anti-demokratiku ikun fejn ikun. Dan ir-re anki lil ħuħ kien qatel (forsi bi żball forsi le) iżda xorta għattewlu kollox. Imma dan kattoliku wkoll tafux! Dan kien il-magħżul ta’ Franco.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend