Uffiċjal għoli fl-Għaqda Dinjija tas-Saħħa twissi kontra lockdown totali fil-pajjiżi milquta mill-COVID-19 – One News

Notifiki

Uffiċjal għoli fl-Għaqda Dinjija tas-Saħħa twissi kontra lockdown totali fil-pajjiżi milquta mill-COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tħeġġeġ pajjiżi madwar id-dinja ma jimponux lockdowns nazzjonali biex jippruvaw inaqqsu t-tixrid mill-ġdid tal-Covid-19 għaliex il-lockdown kapaċi jkollha riperkussjonijiet ta’ saħħa, soċjali u ekonomiċi.

F’intervista ma’ ġurnal internazzjonali, Maria Van Kerkhove, li hija waħda minn diversi professjonisti mill-għaqda li qed imexxu r-rispons għall-Covid-19, qalet li kull pajjiż għandu jaħseb għal strateġija magħmula apposta għall-andament lokali.

Hija spjegat ukoll kif il-lockdown f’diversi pajjiżi lura f’Marzu tat ċans lil dawn il-ġurisdizzjonijiet itejbu s-sistema ta’ saħħa rispettiva tagħhom biex jiġġieldu l-pandemija.

Hija qalet ukoll li issa hawn l-għodda biex tkun ikkontrollata t-trażmissjoni tal-virus, fosthom l-intraċċar tal-kuntatti, ittestjar kontinwu, l-użu tal-maskri u ż-żamma tad-distanza soċjali.

Fl-istess intervista hija temmet tgħid li l-miżuri kollha ta’ kontroll u prevenzjoni għandhom jitħaddmu flimkien biex pajjiż jara r-riżultati. Fil-fatt l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għadha s’issa tinsisti fuq dawn il-miżuri kollha, li fi kliemha waslu biex diversi pajjiżi jikontrollaw il-firxa tal-virus grazzi għalihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend