Toħroġ għonqha għal Jason Azzopardi li ġie mgiddeb – One News

Notifiki

Toħroġ għonqha għal Jason Azzopardi li ġie mgiddeb

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg ħarġet għonqha għall-Jason Azzopardi hekk kif qalet li l-konnessjonijiet li għandu ma’ Yorgen Fenech huma differenti minn dawk li għandu l-Kap Adrian Delia.

Fuq ix-xandir nazzjonali, skont Buttigieg, deputat mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Adrian Delia għamel ħażin iżda mhux Jason Azzopardi.

Buttigieg qalet: “Jiena assigurani wkoll Jason Azzopardi li ma’ Yorgen Fenech ma ltaqax fuq livell personali laqgħat. La kellu Whatsapp messages għaddejjin miegħu u speċjalment wara l-istorja tas-17-Black. Ħaddieħor ma jistax jgħidha. Ħaddieħor qalilna ma nafx għax ma nafx is-sorsi minn fejn huma.”

Il-Ħadd fuq Facebook Azzopardi ħalef li qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech madankollu ftit wara ħareġ ritratt fejn Azzopardi deher b’tazza f’idu ma’ Yorgen Fenech.

Dakinhar stess omm is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ċanfret mhux ftit lil Azzopardi hekk kif staqsietu jekk hux ċert minn dak li qed jgħid u qaltlu miskin min jemmnu.

Fuq it-televiżjoni Buttigieg qalet li kieku kienet hi flok Jason Azzopardi ma titkellimx b’mod assolut.

Il-Preżentatur ikkwota: “Qal jien naħlef li qatt ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech.”

Iżda Buttigieg sostniet:”Jiena ma nitkellimx b’mod assolut.”

Imbagħad Claudette Buttigieg, fissret l-istejjer dwar Jason Azzopardi bħala devjazzjoni:

“Din hija devjazzjoni assolutament maħluqa minn naħa tal-Partit Laburista b’nies prominenti fil-Partit Laburista jtellgħu l-affarijiet. Għaliex? Għax hija devjazzjoni.”

Imbagħad l-eks kantanta tal-Eurovision pruvat traqqa’ l-pannu bil-qargħa aħmar f’ġieh Jason Azzopardi.

 Buttigieg kompliet tgħid: “Jiena qas naf kemm kantajt tiġijiet ta’ nies vera magħrufin. Minjaf kemm kien hemm membri parlamentari u ministri u minjaf kemm ħadt b’idejn nies u minjaf kemm hemm ritratti tiegħi ma’ nies differenti.”

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Timaghha titkellem dwar meta kienet kantanta, tahsibha xi Celine Dion. Miskina! Kienet ordinarja dak in-nhar, u l-lum aktar minn qatt qabel. Bhahan dawk li tellghha fil-Parliament.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend