Raġel li qed jiġi akkużat bi qtil u stupru fuq tifla jerġa’ jispiċċa l-ħabs – One News

Notifiki

Raġel li qed jiġi akkużat bi qtil u stupru fuq tifla jerġa’ jispiċċa l-ħabs

Ahmed Rasem A. Franko ta’ 35 sena mil-Libja nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li hedded lit-tfajla tiegħu.

Rasem A. Franko qed jiffaċċja wkoll akkużi ta’ qtil. Fil-fatt huwa qed jiġi akkużat bi qtil ta’ raġel mill-Kolumbja li seħħ fl-elfejn u sittax f’Paceville.

F’Mejju elfejn u tmintax huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq dan il-każ. Il-Libjan kien akkużat ukoll li fl-elfejn u ħmistax prova jistrupra tifla Svediża.

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet b’rabta mal-ħelsien mill-arrest. Ġie akkużat ukoll li ħoloq biża’ li se tintuża l-vjolenża fuq it-tfajla tiegħu.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu. Bil-Maġistrat ordnat sabiex jibqa’ jinżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.

Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend