Malta fost l-aqwa pajjiżi biex Amerikani jemigraw lejh – One News

Notifiki

Malta fost l-aqwa pajjiżi biex Amerikani jemigraw lejh

Malta tinsab mal-aqwa għoxrin pajjiż fid-dinja biex wieħed jħalli pajjiżu u jibni ħajtu hawnhekk wara l-pandemija. Artiklu fuq ‘Business Insider’ klassifika lil pajjiżna fit-tmintax-il post.  Dan l-artiklu għamel lista ta’ għoxrin pajjiż demokratiku li huma ideali sabiex Amerikani jemigraw fihom minħabba t-temp u l-ħajja affordabbli fihom.

L-artiklu jgħid li pajjiżna għandu temperatura li hija qrib ħafna ta’ waħda ideali. Dan filwaqt li nnota kif n-numru baxx ta’ każijiet lokali ta’ Coronavirus sa nofs Lulju kkontribwixxa għal dan ir-riżultat pożittiv. Iżda l-artiklu nnota wkoll kif pajjiżna għandu punteġġ baxx fuq l-inidiċi li jaċċetta migranti li huwa ta’ 4.95.  Inqas mill-medja Ewropea ta’ 5.34.

Hawnhekk business insider isemmi l-programm ta’ residenza ġdid li ta’ pajjiżna. Intqal kif b’dan il-programm l-Amerikani li jkunu jridu jemigraw lejn Malta jeħtieġ jixtru proprjetà jew jikru waħda, apparti kriterji oħra li jridu jilħqu.

F’din il-lista pajjiżna saħansitra klassifika qabel l-iżvezja u r-Renju Unit. Dan filwaqt li New Zealand, l-Urugwaj u l-Awstralja kklassifikaw fl-ewwel tliet postijiet ta’ din il-lista, b’din tal-aħħar tibqa’ l-iktar pajjiż ideali biex wieħed jemigra fih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend