L-ebda offerta uffiċjali għal Guillaumier – One News

Notifiki

L-ebda offerta uffiċjali għal Guillaumier

Minkejja diversi rapporti li Ħamrun Spartans F.C. għamlu offerta sabiex jakkwistaw lil Matthew Guillaumier mingħand Birkirkara F.C., waqt l-edizzjoni tat-Tnejn tal-program radjofoniku L-Argument Ikompli, il-Viċi President ta’ Birkirkara F.C. Michael Valencia ċaħad li huma qatt ma rċivew offerta uffiċjali, la mingħand Ħamrun u lanqas mingħand xi klabb ieħor.

Mistoqsi jekk Birkirkara F.C. humiex lesti li jikkunsidraw li jinnegozjaw lill-plejer, Valencia wieġeb li min hu interessat irid jħallas ammonti kbar għaliex fl-opinjoni tiegħu Matthew Guillaumier huwa wieħed mill-aqwa jekk mhux l-aqwa midfielder Malti fil-mument.

Matthew Guillaumier fadallu erba’ snin kuntratt ma’ Birkirkara F.C. u l-plejer jinsab kuntent mal-klabb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend