Isaqsih jekk kienx jorganizza l-attivitajiet il-Hilton – One News

Notifiki

Isaqsih jekk kienx jorganizza l-attivitajiet il-Hilton

Qed iqumu aktar mistoqsijiet dwar id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u x’relazzjoni kellu man-negozjant Yorgen Fenech, s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-kummentatur politiku Dr. Simon Mercieca għamel mistoqsijiet ġodda lil Jason Azzopardi. Dr Mercieca saqsa Jekk Jason Azzopardi hux lest jaħlef li qatt m’uża l-Hilton għal attivitajiet elettorali tiegħu.

Jason Azzopardi ukoll kien ħalef li qatt ma ltaqa ma’ Yorgen Fenech, iżda ritratt ippubblikat ftit wara li għamel il-ħalfa, giddeb lil Jason Azzopardi.

Dan hekk kif Jason Azzopardi deher jitbissem bit-tazza fit-tieġ ta’ Yorgen Fenech.

Meta kien Segretarju Parlamentari tal-artijiet Jason Azzopardi attenda t-tieġ ta’ Yorgen Fenech, fl-4 ta’ April tal-elfejn u disgħa.

Omm Yorgen Fenech, Patricia, irrabbjat bil-kumment ta’ Jason Azzopardi li ħalef li qatt ma ltaqa’ ma’ binha. Fuq facebook, Patricia Fenech staqsitu “Dr. Azzopardi inti żgur?”

Żiedet tgħid li qed tissuspetta li dan l-aħħar il-memorja ta’ Jason Azzopardi mhux qed ittih.

“Allura qed tgħid li qatt f’ħajtek ma ltqajt ma’ ibni? Aħseb sew dottore”, qaltlu omm Yorgen Fenech.

F’kitba oħra ftit wara, omm is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia tgħid lil Jason Azzopardi, “U ħlift ukoll?”

Żiedet tgħid li miskin min jemmen lil Jason Azzopardi u b’ittri kbar qalet li hi tafu aħjar lil Jason Azzopardi u Azzopardi stess jaf lilha aħjar.

Talli kitbet hekk, Jason Azzopardi mblokka lil omm Yorgen Fenech sabiex ma tikxiflux aktar borom u neħħa l-kumment tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend