Is-suldati Maltin fil-Libanu jinsabu tajbin – One News

Notifiki

Is-suldati Maltin fil-Libanu jinsabu tajbin

L-għaxar suldati Maltin tal-Forzi Armati li bħalissa jinsabu fil-Libanu jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba wara li aktar kmieni seħħet splużjoni li heżżet il-belt ta’ Beirut. Din l-isplużjoni li oriġinat minn fabbrika tal-murtali heżżet il-belt u apparti danni kbir wasslet ukoll għal numru ta’ mwiet.

Dan ħabbru l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri tard it-Tlieta filgħaxija permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook. Il-Ministru qal ukoll li ħsibijietna huwa mal-poplu Lebaniż f’dan il-mument tant diffiċli.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Ma nafx għaliex imma meta nisma Beirut niftakar dejjem fil-qassis joe borg il-ħabib ta charles jude u nitlef is-sens tal-aħbar.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend