Notifiki

Investiment għall-istudju tal-arbli tar-razza

L-arkivji nazzjonali ta’ Malta investa u akkwista il-Ġuljana Letard-Ciantar li sa issa kienet għadha propjetà privata. Din il-ġuljana hija l-ikbar riċerka estensiva fuq il-ġenioloġija tal-poplu Malti u Għawdxi li kien hemm fid-dominju privat.  Il-kap eżekuttiv tal-arkivji nazzjonali, Dr. Charles Farrugia  stqarr li dan huwa investiment importanti għall-istudju tal-arbli tar-razza.

Huwa spjega: “Sa issa tajjeb ngħidu li kellna kollezzjonijiet.  Għandna l-Adami Collection ġewwa l-Bibjoteka, għandna l-Ġuljana Masini ġewwa t-Taqsima tagħna ta’ Għawdex, però l-Ġuljana Letard-Ciantar hija estensiva. Qed nitkellmu madwar seba’ mitt volum u tkopri Malta u Għawdex kollu u wkoll hija iktar estensiva fejn jidħol dokumentazzjoni. Voldieri, jekk’Alla jrid meta fi ftit xhur oħra il-katalogar jitlesta l-pubbliku issa ser ikun jista’ jiġi hawn jirriċerka u jibni dawn l-arbli tar-razza tal-familja tiegħu minn fuq dan is-sors.”

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Josè Herrera stqarr li l-Arkivji Nazzjonali akkwista wkoll l-arkivatt notarili li kien jinsab fi l-Belt Valletta.  Dan l-arkivatt imur lura iżjed mill-elf tmien mija u sebgħin u għalhekk l-importanza  tiegħu m’għadux wieħed legali iżda sar biss wieħed storiku.

Il-Ministru Herrera stqarr: “Xogħli bħala Ministeru responsabbli anke mill-Arkivji Nazzjonali mhux biss li nippriserva l-arkivji nazzjonali, mhux biss li nikkonsolida l-arkivji nazzjonali imma li narrikki l-materjal li għandna.  Beħsibni wkoll nakkwista wkoll u anke jkolli okkażżjoni nħabbar, dokumenti importanti ħafna ta’ żmien il-Franċiżi.”

Stqarr li huwa qed iħares il-quddiem ukoll lejn l-investiment f’Ta Qali li ser jiġbor l-arkivji Nazzjonali kollha taħt saqaf wieħed.  Dan bil-possibilità li l-knisja wkoll tingħata spazju fih fejn tesebixxi d-dokumenti tal-arkivji ekkljesjastiċi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend