Il-PL bil-ħames sejħa għall-programm Lead – One News

Notifiki

Il-PL bil-ħames sejħa għall-programm Lead

Il-Partit Laburista ħareġ il-ħames sejħa għall-programm LEAD, bil-ħsieb li jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika.

F’messaġġ li għadda, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela saħaq dwar l-importanza tas-sehem tal-mara fil-politika.

Qal li hekk kif il-Partit Laburista dejjem kien strumentali għad-drittijiet tan-nisa issa qed ikun katalist biex il-mara jkollha vuċi b’saħħitha fis-soċjetà.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela stqarr: “Il-programm LEAD huwa strumentali f’dan kollu għaliex jiżgura li l-mara tingħata pjattaforma meħtieġa biex tagħti l-kontribut kruċjali tagħha fil-politika. Bi pjaċir ninnota li fil-programm LEAD ma ħadux sehem biss tfajliet, imma wkoll ommijiet u nisa kbar fl-età, ġejjin minn kull faxxa tas-soċjetà.”

Ramona Attard, l-ewwel President mara tal-Partit Laburista, saħqet li permezz tal-programm LEAD resqu n-nisa b’diversi talenti li qed jagħtu kontribut lill-Partit Laburista.

Hija qalet: “Jiena ma rridx li la jikbru t-tfal tiegħi, jixgħelu t-televiżjoni u naraw stampa ta’ parlament li hija ddominata totalment mill-irġiel. L-affarijiet iridu jinbidlu.”

Intant l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Miriam Dalli, li tmexxi l-Programm LEAD, qalet li dan il-programm huwa parti wkoll mit-tiġdid li qed jagħmel il-Partit Laburista biex jibqa’ dejjem relevanti għas-soċjetà Maltija.

Dr Dalli qalet: “LEAD huwa parti minn din ir-riforma għaliex fl-aħħar mill-aħħar irridu li jirraporeżentaw lil poplu Malti u Għawdxi jkollna sew nisa u anki irġiel. Is-soċjetà hija magħmula min-nisa u rġiel u tajjeb li fl-ogħla istutuzzjoni tal-pajjiż, jiġifieri fil-Parlament Malti, naraw politiċi li jistgħu jirrapreżentaw bl-aktar mod wiesa lil kostitwenti tagħna kollha qiegħdin fejn qegħdin.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend