Il-MaltaPost immultata talli wasslet il-posta tard – One News

Notifiki

Il-MaltaPost immultata talli wasslet il-posta tard

MaltaPost kienet ingħatat multa mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni l-(MCA) minħabba li damet ma wasslet posta lejn destinazzjonijiet lokali.

B’riżultat ta’ dan il-MaltaPost ġiet immultata €10,159 li se tkun imħallsa bħala parti mill-kumpens kollettiv li se jmur fil-kaxxa ta’ Malta.

Il-MaltaPost l-uniku entità li tipprovdi dan is-servizz f’pajjiżna, għandha mira li 95% tal-posta kemm żgħira u anke kbira tasal l-għada.

Fis-sena finanzjarja bejn Ottubru 2018 sa Settembru 2019, il-mira ta’ posta kbira ntlaħqet b’95.38%, filwaqt li 93.21% ta’ posta żgħira waslet fil-ħin. Dawn ir-riżultati ħarġu minn estimi indipendenti li kienu kkummissjonati minn MaltaPost kif obbligat mir-regolatur.

Fl-istess waqt l-MCA wkol tagħmel l-awditjar mir-riżultati tal-MaltaPost dan sabiex tkun żgurata l-eżattezza.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MCA, is-Sur Jesmond Bugeja qal li l-MCA hija regulatur biex tara li qed jingħata servizz postali adegwat.

L-MCA tħeġġeġ lill-pubbliku biex jekk għandhom xi diffikultajiet b’rabta mas-servizz postali  tikkuntattjaha 21336840 jew b’email fuq:[email protected].

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Il postmen/women qed jiehdu hafna zbalji .Ir raguni hija li dawn jitalmu li jaqraw lindirizz biss u ma jatux kas tal isem.MCA ghandha tara li l postman/woman ghandhom jigu malma sew kif wkoll lisem li jkun hemm lisem inkludut biex forsi ma jibqax jittiehdu zbalji.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *