Festival tal-Windsurfing fi tmiem il-ġimgħa f’San Pawl il-Baħar – One News

Notifiki

Festival tal-Windsurfing fi tmiem il-ġimgħa f’San Pawl il-Baħar

Yachting Malta ħabbret l-appoġġ tagħha lejn il-Festival tal-Windsurfing li ser ikun ospitat mill-Malta Young Sailors Club u li se jsir fit-8 u d-9 ta’ Awwissu f’San Pawl il-Baħar.

L-avveniment, li ser jkun mifrux fuq jumejn, huwa mistenni li jipprovdi azzjoni interessanti fuq l-ilma u t-tlielaq kollha se jsiru fiż-żona magħrufa bħala Tax-Xama fil-bajja ta’ San Pawl.

Il-festival se jkun miftuħ għall-windsurfers ta’ kull livell. Il-klassijiet li ser jaraw lil-kompetituri jieħdu sehem fihom huma l-klassi Windsurfer LT (disinn wieħed); Slalom u Beginners – din tal-aħħar tilqa’ parteċipanti b’massimu ta’sentjen esperjenza fil-windsurfing. It-tbaħħir għall-longboard u l-klassi Windsurfing Lt se jsir fuq korsa trijangulari waqt li l-klassi Slalom issir fuq kors ta’ Slalom standard ibbażat fuq is-serje PWA Slalom.

L-iskeda tal-avvenimenti tibda bil-parata tal-windsurf nhar is-Sibt fl-11 ta’ fil-għodu filwaqt li t-tlielaq isiru bejn is-13:00 u s-18:00 ta’ waranofsinhar. Nhar il-Ħadd il-kompetizzjonijiet se jsiru bejn l-12:00 u l-16:00 ta’ waranofshinar. Freestyle runs jikkonkludu l-avveniment immedjetament wara.

Malta Young Sailors ħabbret ukoll li persentaġġ tad-dħul mir-registrazzjonijiet se tkun mogħtija lil organizzazzjoni Zibel – għaqda volontarja u non-governattiva li tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq l-edukazzjoni, għarfien, soluzzjonijiet u riċerka. L-għan ta’ din l-organizzazzjoni huwa li tikkontribwixxi lejn it-tnaqqis tal-iskart kumplessiv iġġenerat f’Malta u biex terġa’ tiġi stabbilita l-ambjenti naturali.

Fid-dawl tar-regolamenti attwali mill-awtoritajiet tas-saħħa, l-organizzaturi se jadottaw numru ta’ protokolli li ser jitħabbru waqt laqgħa li ser issir nhar il-Erbgħa 5 ta’ Awwissu, fis-7 ta’ filgħaxija fir-Royal Malta Yacht Club.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend