Cuschieri għall-Italja u Carabott għall-Belġju – One News

Notifiki

Cuschieri għall-Italja u Carabott għall-Belġju

Ilbieraħ kienet ġurnata importanti għal futbol femminili hekk kif żewġ plejers Maltin ser ikomplu bil-karriera tagħhom barra mill-pajjiż.

Rachel Cuschieri ser tkompli tilgħab barra minn xtutna hekk kif ingħaqdet mat-tim tas-Serie B S.S. Lazio. Cuschieri reċentement lagħbet fil-Belġju ma’ RSC Anderlecht u fl-Olanda ma’ PSV Eindhoven biex issa ser tkun qed tilgħab fl-Italja fl-istess tim tal-internazzjonali Maltija Emma Lipman.
Anke Ylenia Carabott ser tiftaħ kapitlu ġdid fil-karriera sportiva tagħha hekk kif ser tkompli tilgħab fil-Belġju flimkien ma’ RCSC Charleroi.
Carabott kellha numru ta’ offerti fosthom minn klabbs Taljani, Griegi u anke Ċiprijoti iżda għażlet il-Belġju wara staġun tilgħab fl-Italja ma’ Cheivo Fortitudo Women. L-internazzjonali Maltija ta’ 31 sena, ilbieraħ vjaġġat lejn l-Belġju sabiex illum tkun tista tingħaqad mat-tim għal pre-season.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend