ARA: Eliana Gomez Blanco tniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Evening Star – One News

Notifiki

ARA: Eliana Gomez Blanco tniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Evening Star

Eliana Gomez Blanco tfajla ta’ 15–il sena ħarġet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Evening Star, din hija t-tieni kanzunetta li kitbet hi wara li rrapreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision 2019.

Il-Lirika, Mużika, u Produzzjoni tal-mużika saru minn Eliana stess fl-istudio tagħha li għandha d-dar.

Din il-kanzunetta tittratta il-ħbiberija u l-memorji li persuna toħloq flimkien mal-ħbieb f’dawn iż-żminijiet tas-sajf.

Wara li bdiet tikteb il-mużika tagħha Eliana xtaqet li tibda tikkomponi wkoll għal kantanti oħra, dan minkejja li għadha żgħira. Ix-xewqa tagħha hi li tibqa’ mixja ‘l quddiem fil-qasam tal-mużika.

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda Eliana rċeviet aħbar mill-isbaħ ukoll li kkwalifikawlha 3 kanzunetti minn tagħha f’festival lokali bħala kompożitriċi. Eliana hija tfajla li dejjem żammet saqajha mal-art u fil-ħajja dejjem baqgħet tistinka għal dak li tixtieq.

Wieħed jista’ jara dan il-video mużikali ta’ din il-kanzunetta minn hawnhekk:

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *