Raġel inżamm arrestat wara li allegatament ikkaġuna ġrieħi fuq żewġ persuni – One News

Notifiki

Raġel inżamm arrestat wara li allegatament ikkaġuna ġrieħi fuq żewġ persuni

Raġel ta’ 28 sena min-Nadur Għawdex baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li l-Ħadd fi Triq ir-Rebħa f’Għajnsielem, qiegħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu u kkaġuna ġrieħi gravi fuq żewġ persuni ta’ 24 sena u 43 sena.

Huwa ġie akkużat ukoll li kkaġuna ħsara fuq apparat tal-komunikazzjoni ta’ wieħed mill-irġiel u kiser il-paċi pubblika.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend