One.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta ta’ 12:10, garaxx ħa n-nar Triq il-Milied f’Ħal Qormi.
Fuq il-post, marru membri mill-korp tal-pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn dawn tal-aħħar ikkontrollaw in-nirien. Fuq il-post marret ukoll ambulanza, flimkien mat-tabib tal-emerġenza Jonathan Joslyn.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.