Il-koppla ta’ Calì fil-Knisja ta’ San Duminku tal-Belt reġgħet infetħet wara xogħol estensiv ta’ restawr – One News

Notifiki

Il-koppla ta’ Calì fil-Knisja ta’ San Duminku tal-Belt reġgħet infetħet wara xogħol estensiv ta’ restawr

Wara kważi ħmistax-il sena magħluqa minħabba xogħol estensiv ta’ restawr, il-koppla tal-Bażilika ta’ San Duminku fil-Belt Valletta reġgħet infetħet.

 B’żebgħa friska mir-restawratriċi Maltija Agatha Grima, ix-xogħol maestuż ta’ Giuseppe Calì tal-elf tmien mija u disgħin ser jerġa’ jibda jitgawda mill-Beltin u d-Dumnikani.

L-aħħar xogħlijiet ta’ restawr bdew propju fl-elfejn u tmintax, fejn ir-restawraturi raw kif l-ilma u l-melħ kienu l-akbar għedewwa tal-pittura ta’ Calì.

Is-Sinjura Grima spjegat: “Ix-xogħlijiet kienu mmirati għall-pittura strutturalment kellha ħafna problemi ta’ melħ minħabba li daħal ħafna ilma mill-koppla. Kien hemm ukoll problema ta’ legi ħoxnin ta’ ħmieġ fejn kienu qed jaħbu kemm il-palletta oriġinali ta’ Cali u anke d-dimensjoni spazjali ta’ Cali li jħobb jagħti fil-pittura tiegħu.”

L-ewwel xogħlijiet ta’ restawr saru wara t-tieni gwerra dinjija mit-tifel ta’ Cali nnifsu Ramiro Rafaello Cali u b’hekk riċentament instabu staffi ta’ pitturi doppji minn dik oriġinali.

Il-Kappillan tal-Bażilika ta’ San Duminku, Patri Michael Camilleri spjega eżatt x’inhu s-sinifikat tal-pittura li hemm fil-koppla.

Huwa qal: “Il-Koppla fiha tmien flieli, fiha s-seba’ doni tal-Ispirtu s-Santu u ovvjament il-felli prinċipali huwa tal-ispirtu s-santu. Pero saret kommemorazzjoni u hemm miktub fiha stess komemmorazzjoni tas-sittin sena mill-ordinazzjoni saċerdotali ta’ wieħed mill-aktar papiet li dam jirrenja, il-Papa Ljun tlettax li dam tmienja u tletin sena papa.”

Patri Michael Camilleri qal li il-ftuħ mill-ġdid tal-koppla hija ċelebrazzjoni ta’ ferħ u ser taqta’ x-xewqa ta’ ħafna Beltin hekk kif ingħatatilhom mill-ġdid parti mill-wirt tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend