Il-kantant żagħżugħ ta’ 16-il sena Drakard nieda l-kanzunetta ‘Fil-Pjazza tar-Raħal’. Din il-kanzunetta kienet ħarġet oriġinarjament fl-1975, mill-kantawtur Enzo Guzman.
Żewġ fatturi għaliex dan il-kantant żagħżugħ iddeċieda li joħroġ din il-kanzunetta bil-Malti kienu għaliex huwa jħobb ikanta bil-lingwa Maltija u minħabba l-fatt li din il-kanzunetta ta’ Enzo Guzman ma tmut qatt.
Il-video mużikali ta’ din il-kanzunetta sar ġewwa l-pjazza taż-Żurrieq, il-post fejn trabba u għex Drakard.
Wieħed jista’ jara din il-kanzunetta hawnhekk: