Il-Ġ.F. Abela Junior College nediet il-prospectus għas-sena skolastika li jmiss, jiġifieri dik tal-2020 u 2021.
Dan il-kulleġġ, li wieħed jista’ jattendi hekk kif ilesti l-iskola obbligatorja, qed jiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tiegħu. Il-Kulleġġ bħal ma offra f’dawn l-aħħar snin, se jkompli joffri esperjenza unika ta’ tagħlim permezz tal-programmi edukattivi tiegħu sabiex joffri l-aħjar opportunitajiet possibli lil kull student li jattendi f’din l-istituzzjoni.
Dan il-prospectus il-ġdid jista’ jinkiseb onlajn minn hawn.
L-applikazzjonijiet sabiex wieħed japplika għal dan il-kulleġġ fetħu f’nofs Lulju u wieħed jista’ japplika onlajn fuq is-sit tal-Kulleġġ.