Ifaqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra – One News

Notifiki

Ifaqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra

L-għaqda Nature Trust ħabbret li kmieni t-Tnejn filgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra.

Dawn il-fkieren faqqsu lejl wara li mas-62 fekruna faqqsu fl-istess bajja, fil-Gżira tat-Tliet Għoljiet.

Din hija l-ewwel każ ta’ bejta tal-fkieren f’Għawdex f’70 sena.

F’din il-bajja hemm moniteraġġ kontinwu ta’ din il-bejta. Dan sar permezz ta’ ħidma tal-volontiera, tal-Uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA u anke ħidma mill-Ministru għal Għawdex.

Bħalissa hemm bejta tal-fkieren fil-Bajja tal-Mixquqa u oħra fil-Bajja tal-Għadira.

Kmieni dalgħodu faqqsu 62 fekruna fir-Ramla l-Ħamra

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend