Eluf jevakwaw djarhom minħabba nirien kbar f’Kalifornja – One News

Notifiki

Eluf jevakwaw djarhom minħabba nirien kbar f’Kalifornja

Bosta ħaddiema tat-tifi tan-nar f’Kalifornja ikkumbattew nirien kbar li wassal sabiex eluf ta’ persuni kellhom jevakwaw djarhom f’Los Angeles.

L-operazzjoni involviet aktar minn 1,300 ħaddiem bl-għajnuna ta’ ħelikopters u diversi ajruplani sabiex jitfgħu l-ilma u jikkontrollaw in-nirien.

In-nirien msejħa bħala Apple Fire min-nies tal-lokal, beda l-Ġimgħa u komplew jeskalaw.

Madwar 7,800 resident ġew mitluba sabiex jevakwaw l-post.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend