Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi imblukka mill-profil ta’ Facebook lil omm Yorgen Fenech, sabiex din ma tkunx tista tikteb fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook u inċidentalment tikxiflu aktar borom.
Fuq Facebook, omm Fenech kitbet li neħħa kull kitba li kitbitlu u nblokka milli tikteb fuq il-profil, irrabjat bil-gideb ta’ Jason Azzopardi.
“Imma jigdeb sfaċċatament u jaħlef ukoll, hekk le. Għax mhux sew” kitbet Patricia Fenech ikkumentat lil Jason Azzopardi li kitbitlu għal ewwel darba wara li ħalef li qatt ma ltaqa ma binha.
Izda ftit tal-ħin wara li għamel din il-ħalfa, feġġ ritratt tiegħu jitkellem mas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Ir-ritratt ittieħed fit-tieġ tan-negozjant Yorgen Fenech. B’Jason Azzopardi kien wieħed mill-mistiedna f’dan it-tieġ.
Yorgen Fenech izewweġ fl-4 ta’ April 2009, dak iż-żmien Jason Azzopardi kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-artijiet.
Fir-ritratt, Azzopardi li dak iż-żmien kellu kariga fil-gvern imexxi minn Lawrence Gonzi, deher bit-tazza f’idu jidħaq ma’ Yorgen Fenech.
Il-ħadd meta feġġ dan ir-ritratt, Jason Azzopardi qal li ma jiftakarx jekk attendiex għat-tieġ ta’ dan in-negozjant rinomat f’pajjiżna. B’omm Yorgen Fenech, Patricia Fenech fakkret lil Jason Azzopardi li dak ir-ritratt kien fit-tieġ ta’ binha.
Mat-Times, Jason Azzopardi qal li hu kien jirċievi xi disgħin invit ta’ tieġ u qal li ma jiftakarx jekk attendiex it-tieġ ta’ Fenech.
Kienet omm Yorgen Fenech li kkonfrontat lil Azzopardi meta kiteb li huwa jaħlef li qatt ma ltaqa ma’ binha.
Fuq Facebook, Patricia Fenech saqsitu “Dr. Azzopardi inti żgur?”
Żiedet tgħid li qed tissuspetta li dan l-aħħar il-memorja ta’ Jason Azzopardi mhux qed ittih.
“Allura qed tgħid li qatt f’ħajtek ma ltqajt ma’ ibni? Aħseb sew dottore”, qaltlu omm Yorgen Fenech.
F’kitba oħra ftit wara, omm is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia tgħid lil Jason Azzopardi, “U ħlift ukoll?”
Żiedet tgħid li miskin min jemmen lil Jason Azzopardi u b’ittri kbar qalet li hi tafu aħjar lil Jason Azzopardi u Azzopardi stess jaf lilha aħjar.
Wara li l-whip tal-gvern Glenn Bedingfield għamel numru ta’ mistoqsijiet fil-Parlament dwar rabtiet li kellhom deputati Nazzjonalisti man-negozjant Yorgen Fenech, il-kummentatur politiku Dr. Simon Mercieca staqsa jekk id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi hux id-deputat li kien juża l-faċilitajiet tal-lukanda ta’ Yorgen Fenech.
Dr Merciea saqsa jekk kienx Jason Azzopardi d-deputat Nazzjonalista li sa ftit taż-żmien ilu kien imur jittallab lil Yorgen Fenech biex jagħtih kamra fil-lukanda lussuża tal-Hilton u kien jorganizza festini għand in-negozjant.
Permezz tal-avukat Edward De Bono, esponent qrib l-fazzjoni Busuttil, f’isem Jason Azzopardi ntqal li Jason Azzopardi qatt ma mar fil-lukanda ta’ Fenech wara Novembru 2018, x-xahar li fih sar magħruf li l-kumpanija 17 Black hija ta’ Yorgen Fenech.
Madankollu f’din l-ittra, Jason Azzopardi imkien ma qal jekk qattx mar il-lukanda ta’ Fenech, qabel Novembru 2018.
L-avukat ta’ Azzopardi talab lil Simon Mercieca ineħħi l-kumment li għamel fuq Azzopardi, filwaqt li qal li Jason Azzopardi qatt ma ltaqa’ u qatt ma kkomunika ma’ Yorgen Fenech.
Simon Mercieca staqsa ukoll jekk Jason Azzopardi qattx ħa rigali mingħand kumpanija ta’ Yorgen Fenech biex jiffinanzja parti mill-kampanja elettorali tiegħu.
Esponenti fil-Partit Nazzjonalista ma jistgħux jifhmu x’logħba prova jilgħab d-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi, meta ħalef li qatt ma ltaqa ma Yorgen Fenech, u wara li għamel din il-ħalfa, feġġ ritratt tiegħu jitkellem mas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.