Xahar ħabs għal żewġ żgħażagħ Tuneżini – One News

Notifiki

Xahar ħabs għal żewġ żgħażagħ Tuneżini

Żewg żgħażagħ Tuneżini ta’ sbatax u ħmistax-il sena, li jgħixu l-Fgura, intbagħtu tletin ġurnata ħabs, wara li ppruvaw jitilqu minn Malta b’passaporti foloz.

Fil-Qorti ntqal kif il-Ħadd għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħodu huma ppruvaw jaqbdu l-katamaran b’passaport Taljan falz. Huma ġew arrestati mill-pulizija u waqt l-interrogazzjoni stqarrew li ħalsu madwar sitt mitt ewro lil Sudaniz li kienu jaħdmu miegħu, li ilhom ma jarawh xahrejn.

Wieħed mill-akkużati qal lill-pulizija li kienu se jmorru Sqallija biex minn hemm jerġgħu jmorru lejn it-Tuneżija.

Iż-żewġ Tuneżini wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea widdbet lill-ħatja li jekk jerġgħu jagħmlu l-istess wara li jagħlqu tmintax-il sena, il-piena ta’ ħabs tiżdied.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend