Tifla ta’ 8 snin b’diversi midalji fl-arti performattiva – One News

Notifiki

Tifla ta’ 8 snin b’diversi midalji fl-arti performattiva

Jancer Galea tifla ta’ 8 snin rebħet midalja tal-Bronż fil-kant u rebħet midalji tad-deheb kemm fiż-żfin u anke fl-imudellar. Dan waqt li kienet qed tieħu sehem bħala solista fl-24 edizzjoni tal-Kampjonat Dinjiji tal-Arti Performattiva.

Apparti minn hekk hija rebħet ukoll midalja tal-fidda u oħra tal-bronż meta pparteċipat fi grupp.

Jancer hija studenta ta’ Wild strength Dancers fejn titħarreġ fid-dixxiplina tal-modelling u żfin kif ukoll studenta ta’ Stairway Academy fejn titghallem il-kant.

Hija ħadet kienet waħda mill-parteċipant fost 2,500 parteċipant ieħor. Il-pjan oriġinali kien li dawn il-parteċipanti jmorru jikkompetu fl-Amerika iżda l-kompetizzjoni kellha ssir online minħabba l-pandemija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend