Isofru ġrieħi gravi wara li waqa’ parti mis-saqaf ta’ kamra f’dar fl-Isla – One News

Notifiki

Isofru ġrieħi gravi wara li waqa’ parti mis-saqaf ta’ kamra f’dar fl-Isla

Raġel ta’ disgħa u ħamsin sena u mara ta’ erbgħa u ħamsin sena mill-Isla qed jingħataw il-kura l-isptar għall-ġrievi gravi li sofrew waqt li kienu fir-residenza tagħhom fl-Isla.

Il-każ seħħ fi Triq it-Tarzna meta waqa’ parti mis-saqaf waqt li l-mara u r-raġel kienu fl-istess kamra fid-dar tagħhom.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu u tim mediku li ta l-ewwel għajnuna.

Ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-isptar għal aktar kura fejn ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend