Iktar minn 1,800 applikazzjoni minn studenti ġodda – One News

Notifiki

Iktar minn 1,800 applikazzjoni minn studenti ġodda

F’inqas minn xahar, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija l-MCAST irċieva aktar minn 1,800 applikazzjoni minn studenti ġodda.

B’kollox, Il-Kulleġġ irċieva aktar minn 2,548 applikazzjoni inklużi l-istudenti li se jkomplu s-sena akkademika l-ġdida fl-MCAST.

L-MCAST fetaħ lapplikazzjonijiet online għas-sena li ġejja fis-6 ta’ Lulju u dawn se jagħlqu fis-7 ta’ Awwissu.

Fl-aħħar xhur l-MCAST żied id-disponibbiltà tal-counselling permezz tat-telefon kif ukoll il-gwida għall-karrieri online u organizza wkoll sbatax-il webinar biex jipprovdi informazzjoni dwar il-korsijiet u l-istituti differenti.

Dawn ippermettew lill-istudenti prospettivi jitgħallmu dwar il-karrieri li jistgħu jagħżlu fi żmien importanti fil-vjaġġ tat-tagħlim tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend