AĠĠORNAT: Ħu Saviour Gaffarena fost 2 persuni arrestati fuq pussess ta’ arma tan-nar – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Ħu Saviour Gaffarena fost 2 persuni arrestati fuq pussess ta’ arma tan-nar

Ħu Saviour Gaffarena li nqatel l-Erbgħa filgħaxija fil-limiti tal-Imqabba hu wieħed minn 2 persuni li ġew arrestati u li tressqu l-Qorti b’pussess ta’ arma tan-nar bla liċenzja.

One News hu infurmat li l-2 persuni huma Miguel Gaffarena ta’ tletin sena mill-Imqabba u Joseph Polidano ta’ tlieta u sittin sena magħruf bħala Żeppi l-Arbi u li huwa minn Ħal Kirkop.

Huma ġew akkużati b’assoċjazzjoni bil-għan li jagħmlu delitt f’Malta, li għalih hemm il-pieni ta’ priġunerija.

It-tnejn wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

L-akkużat ta’ tletin sena ġie kkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal tmintax-il xahar u tqiegħed taħt ordni ta’ probation għal sena.

L-akkużat ta’ tlieta u sittin sena ġie mmultat tmien mitt ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend