L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti l-MHRA qed tqis il-kisbiet li għamel pajjiżna fis-sitwazzjoni COVID-19 bħala suċċess. Fi stqarrija, l-MHRA nnutat b’sodisfazzjon li minn mindu fetaħ l-ajruport f’pajjiżna kien hemm influss gradwali ta’ turiżmu u li flimkien mal-imbuttatura tal-vouchers li qassam il-Gvern u sussisidji fis-salajru taw tama ta’ rkupru ekonomiku lin-negozji u lill-impjegati.
L-MHRA qisen ukoll bħala suċċess kbir il-fatt li li grazzi għad-deċiżjonijiet tal-Gvern ġew salvati eluf ta’ impjiegi u mijiet ta’ negozji.
L-istqarrija qalet li dan kollu ma sarx b’kumbinazzjoni imma grazzi għall-ħidma sfieqa u kollettiva mill-partijiet kollha konċernati fosthom il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu u d-Dipartiment tas-Saħħa.
Fl-istess waqt l-MHRA nnutat li l-inċertezzi globali b’rabta mal-COVID-19 għadhom jeżistu u sostniet li t-triq ‘l quddiem hija dik ta’ bilanċ. L-MHRA tenniet ukoll li deċiżjonijiet estremi iwasslu għal riżultati diastrużi għalhekk appellat lill-Gvern sabiex jibqa’ jieħu deċiżjonijiet bilanċjati.