Konsultazzjoni dwar il-kummerċ fl-Unjoni Ewropea – One News

Notifiki

Konsultazzjoni dwar il-kummerċ fl-Unjoni Ewropea

Il-MEUSAC bdiet konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-Politika Kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għas-snin li ġejjin.

Waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni, flimkien mal-imsieħba soċjali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili ġew diskussi l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal reviżjoni maġġuri tal-politika kummerċjali biex b’mod sostenibbli tara li jseħħ l-irkupru soċjo-ekonomiku u t-tisħiħ tal-kompettività.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, li qal kif din ir-reviżjoni tista’ toħloq iktar impjiegi ta’ kwalità u tiffoka fuq prijoritajiet bħall-iżvilupp sostennibli, it-tibdil fil-klima u l-ekonomija diġitali.

Il-Ministru Abela semma kif l-Unjoni Ewropea tista’ taħdem aktar mal-pajjiżi Afrikani, b’Malta qed tkun minn ta’ quddiem bl-istrateġija ta’ sħubija mal-Afrika li tnediet aktar kmieni din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend