L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, qalet li ser tkun qed tissospendi sa l-Erbgħa li ġej l-azzjonijiet industrijali li kienu ser jolqtu l-pazjenti.
Il-MAM qalet dan fi stqarrija wara li kellha laqgħa mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.
L-Assoċjazzjoni Medika kienet ordnat li mit-Tnejn li ġej l-appuntamenti fl-outpatiens ta’ Mater Dei jiġu posposti u t-tobba ġew imħeġġa ma jmorrux iċ-ċentri tas-saħħa.
Dan minkejja li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, ħabbret standards għall-attivitajiet fejn jinġabru n-nies u qalet li l-kundizzjoni medika ta’ dawk infettati bil-virus hija waħda tajba.