Ikomplu jivvutaw il-kunsilliera… idur messaġġ li nsterqet simcard tal-PN – One News

Notifiki

Ikomplu jivvutaw il-kunsilliera… idur messaġġ li nsterqet simcard tal-PN

Illum qed issir il-votazzjoni fost il-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Dawn qed jiġu mitluba jivvutaw f’mozzjoni li jew jagħżlu li t-tesserati jikkonfermawx lil Kap Adrian Delia jew li ssir elezzjoni oħra għal Kap Nazzjonalista.

Din il-votazzjoni qed issir fi sfond ta’ ġlied kbir u intriċċi bejn iż-żewġ fazzjonijiet, fejn fazzjoni ma tiflaħx lill-oħra. Il-fazzjoni ta’ Delia qed tħeġġeġ lill-kunsilliera jivvutaw favur konferma għal Kap iżda l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li sfiduċjat lil Delia għal tliet darbiet qed timbotta għażla favur elezzjoni ġdida għal Kap biex ikunu jistgħu jitfgħu ż-żwiemel tagħhom fit-tellieqa.

Intant fl-aħħar ħinijiet beda jdur messaġġ b’referenza għall-fazzjoni Busuttil li trid teqred lil Delia. Il-messaġġ jgħid li din il-klikka qed tagħmel minn kollox biex tieħu l-poter f’id

ejha. Ġie allegat li nsterqet informazzjoni tal-partit u sim card li uża l-partit għad-donazzjonijiet biex iħallas għall-messaġġi tagħhom il-partit. Intqal kif din il-klikka qed tibgħa

t messaġġi b’isem il-partit biex taparsi huwa messaġġ uffiċjali mill-Partit Nazzjonalista. Intqal kif dan huwa llegali u l-klikka ġiet riferuta bħala dik li għall-maratoni ta’ ġbir ta’ fondi lanqas kienet tiġbor ċenteżmu.

Dwar l-apatija mill-fazzjoni ta’ Busuttil lejn il-maratoni ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll l-eks kaxxier tal-Partit Nazzjonalista David Camilleri, li semma kif saħansitra kien ikun hemm deputati li ma kinux imorru għall-maratoni bl-iskuża li riedu jieħdu tifel il-futbol. “Naturalment, il-maratona tal-partit iddum 12-il siegħa, u allura kulħadd jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu. Tgħid dan sar għax iħobbu il-Partit?”, tenna Camilleri.

Intant dwar l-allegat informazzjoni li nsterqet mill-Partit Nazzjonalista, id-deputati ribelli kienu ħarġu stqarrija fejn ċaħdu din l-allegazzjoni.

Il-votazzjoni bdiet fil-jum tal-Erbgħa, kompliet ilbieraħ u llum u tagħlaq fis-6pm fid-Dar Ċentrali. Fil-każin Nazzjonalista ta’ Sannat, il-votazzjoni tagħlaq fl-4pm.

Skont il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, sal-jum tal-Ġimgħa kienu vvutaw ftit iżjed min-nofs l-1,630 kunsilliera li huma eliġibbli jivvutaw.

Peter Fenech, il-President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, li laħaq riċentament wara li Gejtu Vella rriżenja inqas minn ġimgħa wara li daħal fil-kariga, qal li hu stmat li r-riżultat tal-għażla tal-kunsilliera mistennija toħroġ bejn is-7:30pm u t-8pm

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend