Iċ-Ċina tat donazzjoni ta’ 30 ventilatur u 40,000 maskla lil Malta. Dan l-apparat mediku wasal Malta grazzi għall-ħidma tal-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Reno Calleja li huwa l-president ta’ din l-għaqda rringrazzja lill-partijiet konċernati għall-ħidma tagħhom f’dan ir-rigward.
Mal-wasla tagħhom f’Malta, dan l-apparat ttieħed fl-imħażen tad-Dipartiment tas-Saħħa bil-għan li jintużaw fuq pazjenti li jkollhom bżonn.