Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kif ukoll matul il-jum tas-Sibt il-Pulizija kompliet isaħħaħ il-preżenza tagħha fit-toroq billi wettqed numru ta’ spezzjonijiet f’diversi toroq madwar Malta.
Matul dan il-lejl il-Pulizija minn diversi sezzjonijiet tal-Korp kif ukoll membri tal-Forzi Armati ta’ Malta waqqfu 75 karozza li kienu qed jinstaqu fi Triq l-Imdina Ħal-Qormi u fi Triq Ħal-Qormi l-Marsa.
F’dawn il-kontrolli l-Pulizija ħarrket diversi sewwieqa li kienu qed isuqu karozza mingħajr liċenzja valida jew polza tal-assigurazzjoni kif ukoll sabet xufier isuq taħt l-effett tal-alkoħol u xufier ieħor inqabad b’pussess sempliċi ta’ droga.
Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u r-Rapid Intervention Unit waqqfu diversi persuni f’akwati diversi f’Bormla. Wara tfittxijiet li saru fuq dawn il-persuni ,l-Pulizija ma sabet xejn irregolari fil-pussess tal-persuni.