Valletta FC vs B’Kara FC l-ewwel logħba tal-istaġun 2020 / 2021 – One News

Notifiki

Valletta FC vs B’Kara FC l-ewwel logħba tal-istaġun 2020 / 2021

Kmieni wara nofsinhar telaw il-poloz tal-Kampjonati tal-futbol Maltin. L-aktar Kampjonat mistenni huwa bla dubju l-Kampjonat Premier bl-ewwel ġurnata ser tlaqqa fost l-oħrajn lill-Valletta FC kontra Birkirkara FC, Floriana FC vs Gzira United FC u lill-Sliema Wanderers FC kontra Hibernians FC.  Il-kumplament tal-logħbiet tal-ewwel ġurnata huma dawn:- Hamrun Spartans vs Sirens, Zejtun Corinthians vs Santa Lucia, Lija Athletic vs Senglea Athletic, Mosta vs Gudja United and Tarxien Rainbows vs Balzan. 

Il-Kampjonat Premier ser ikun kompost minn 16 il-tim u l-logħbiet huma maqsuma fuq żewġ rawnds bl-ewwel waħda tkun fil-11 ta’ Settembru u l-aħħar waħda fil-25 t’April.  Erba timijiet ser jiġu relegati filwaqt li t-tim li jispiċċa fil-12 il-post ser jilgħab play-off kontra t-tim li jispiċċa fit-tielet post fic-Challenge League. 

 Illum ukoll telaw il-poloz tac-Challenge League jew kif kien magħruf il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjon fejn fih ser jipparteċipaw 15 il-tim bl-ewwel partita tkun fil-11 ta’ Settembru. Il-logħob tal-ewwel ġurnata huwa dan:- 

Pembroke Athleta vs Pieta Hotspurs
Qormi vs Naxxar Lions
Swieqi United vs St. George’s
Marsa vs Vittoriosa Stars
San Gwann vs Qrendi
St. Andrews vs Fgura United
Zebbug Rangers vs Mqabba
Marsaxlokk bye

L-ewwel żewġ timijiet ser jiġu promossi għal Kampjonat Premier filwaqt li t-tielet tim jilgħab play-off kontra t-tim li jispiċċa fil-12 il-post fil-Kampjonat Premier.  L-aħħar ħames timijiet ser jiġu relegati fin-National Amateur League li ser jkun qed jiġbor fih dawk li qabel kienu jiffurmaw t-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. 

 

It-tnejn u għoxrin tim li jiffurmaw in-National Amateur League ġew maqsuma f’tlett sezzjonijiet; sezzjoni b’tmien timijiet u żewġ sezzjonijiet b’seba timijiet.  Kull sezzjoni ser tilgħab tlett rawnds bir-rebbieħ ta’ kull sezzjoni jiġi promoss għac-Challenge League. It-timijiet li jispiċċaw it-tieni, it-tielet u r-raba f’kull sezzjoni jilgħabu sistema ta’ play-offs sabiex eventwalment jkun hemm semifinali u finali biex jiġu promossi żewġ timijiet.  Il-logħbiet tal-ewwel ġurnata huma dawn:- 

Sezzjoni A 

Zurrieq vs Mellieha
Birzebbuga SP vs Gharghur
Ghaxaq vs Marsaskala
Ta’ Xbiex vs Mgarr U.

Sezzjoni B  

Rabat A vs Zabbar SP
Luqa SA vs Siggiewi
Msida SJ vs Mdina K
Mtarfa bye

Sezzjoni C 

Melita vs Kalkara U
Xghajra T vs Attard
Kirkop U vs Dingli S
Sta. Venera L. Bye 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *