Żagħżugħa ta’ 19-il sena sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
L-inċident seħħ fis-sitta u kwart tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq Sir Anthony Mamo, bejn trakk misjuqa minn raġel ta’ 44 sena minn San Ġwann u mutur misjuq mit-tfajla.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.