L-Awtorita tax-Xandir, tinforma lis-semmiegħa li għada s-Sibt 1 t’Awwissu, se tkun qed tagħmel xogħol fuq it-torri tal-Għargħur u għalhekk se jkun hemm qtuħ fit-trażmissjoni tar-Radju tal-istazzjonijiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Għaldaqstant, għada is-Sibt bejn is-Sitta ta’ filgħodu u nofs in-nhar, it-trażmissjoni fuq ir-radju tal-istazzjonijiet kollha, se jkunu sospizi.
ONE Radio se jibqa jxandar online, permezz tal-live streaming fuq il-pagna uffiċjali ONE.COM.MT.