Shirley Al Omar ta’ erbgħa u erbgħin sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li kienet akkużata li serqet diversi anzjani ma’ binha ta’ 12-il sena.
L-omm tressqet il-Qorti kważi ġimgħatejn ilu, fejn ġiet akkużata li kienet tmur tħabbat lill-anzjani fi djarhom u ssaqsi għall-flus.
Quddiem il-Qorti l-mara kienet wieġbet mhux ħatja għal ħames akkużi ta’ serq aggravat u anke li kissret il-kundizzjonijiet tal-liberta proviżorja.
Intant, f’seduta oħra l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima lbieraħ tat lill-mara l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ għaxart elef ewro.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn Lydon Zammit u Paula Ciantar, filwaqt li l-Avukat Mario Mifsud deher għall-akkużata.