Il-Fondazzjoni Kottonera b’donazzjoni għar-restawr tal-kor tal-Kolleġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu – One News

Notifiki

Il-Fondazzjoni Kottonera b’donazzjoni għar-restawr tal-kor tal-Kolleġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu

Wara ftehim mal-Parroċċa tal-Birgu, il-Fondazzjoni Kottonera se tkun qed tiffinanzja parti mir-restawr tal-pittura tal-kor tal-Kolleġġjata li turi l-Glorja ta’ San Lawrenz.

Il-pittura li hija biċċa xogħol imprezzabbli tal-pittur ċelebri Giuseppe Cali sofriet danni matul is-snin u qegħda f’punt fejn għandha bżon intervent, li se jsir mill-pittur Għawdxi Manwel Farrugia.

Il-ftehim ġie ffirmat miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Glenn Bedingfield u Arċipriet tal-Birgu Dun Karm Busuttil, fil-preżena tal-Kap Eżekuttiv tal-Kurja Michael Pace Ross quddiem in-Nutar Ian Castaldi Paris.

Bedingfield esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-Fondazzjoni se tgħin fir-restawr ta’ din il-biċċa xogħol importanti fil-Kolleġjata u qal li “aħna nibqgħu impenjati dejjem biex ngħini l-ibliet
tagħna jippriservw il-wirt kulturali kbir li għandna fil-Kottonera”.

Fakkar li fil-ġimgħat li ġejjin se jitħabbar fond li permezz tiegħu se jkunu mgħejjuna għaqdiet mill-Kottonera biex jirriealizzaw proġetti u inizjattivi li għandhom ippjanati.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kurja ta’ Malta Michael Pace Ross irringrazzja lill-Fondazzjoni għal din l-għotja bżonnjuża li se tgħin biex titranġa biċċa arti bħal din.

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. U għal l-linji ta fortifikazzjoni ta Santa Margerita fosthom ewlenija l-mina ta Vilhena f’Bormla qatt m’hemm flus!! Grazzi ta.

  2. Matteotti, għaliex qed iddaħħal feles bejn il-Vittorjosani u l-Bormliżi? Kemm għadek lura? Taf x’jiġifieri pittura tal-Calì? Il-Kottonera mhux dan l-aħħar li bdiet tara xaqq ta’ ġid? Meta jasal żmienha, l-mina ta’ Vilhena tiġi restawrata wkoll. Ibqa’ ċert li sa dak iż-żmien mhux se taqa’!

  3. Sur Sacco int lilek min qallek li qiegħed indaħħal xi feles ? Mela għax nitkellem favur Bormla qiegħed indaħħal feles? Veru miskin int li taħseb hekk! Jien lil kunsilli kollha tlabt li jqumu mir-raqda. U billi nitkellem għal pajjiżi qed inddaħħal feles? Jekk ma nitkellmux aħna l-Bormliżi għal Bormla żgru rmhux ser jitkellem ħaddieħor hux veru? Ħaddieħor ħa kull ma’ ried taħt kull gvern għalhekk aħna jeħtieġ nitkellmu għal Bormla. Jien mhux ser ngħidlek li għadek lura għax m’inix ser ninżel fil-livell tiegħek. Grazzi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *