Id-deputati li sfiduċjaw lil Delia jgħidu li kien żball tagħhom li Delia sar Kap – One News

Notifiki

Id-deputati li sfiduċjaw lil Delia jgħidu li kien żball tagħhom li Delia sar Kap

Id-deputati li sfiduċjaw lil Kap Nazzjonalista Adrian Delia, qegħdin jgħidu lil kunsilliera Nazzjonalisti sabiex jivvotaw li jmorru għal elezzjoni għal Kap Nazzjonalista, għax se jtuhom l-għażla.

Id-deputati li sfiduċjaw lil Kap qed jargumentaw mal-kunsilliera li kien żball tagħhom li Delia sar Kap, għax ma tawx għażla wiesgħa lil kunsilliera u t-tesserati fl-elezzjoni li saret għal Kap fl-elfejn u sbatax.

Għaldaqstant, din id-darba d-deputati li sfiduċjaw lil Kap qegħdin imorru b’lista ta’ kandidati li lesti li joħorġu sabiex Adrian Delia ma jibqax Kap.

L-iktar kandidat li qed jiġi imbuttat mid-deputati li sfiduċjaw lil Kap huwa l-avukat Bernard Grech, li nhar it-Tnejn inqabad jiltaqa’ u jikkonfoffa ma’ Jason Azzopardi f’ħanut tax-xorb.

Il-fazzjoni ta’ Busuttil qed targumenta li Bernard Grech jista jiġbed il-voti ta’ dawk li jixtiequ wiċċ ġdid fit-tmexxija tal-Partit.

Iżda mhux biss, Bernard Grech huwa konservattiv u għaldaqstant jista’ jiġbed l-voti tan-Nazzjonalisti konservattivi. Fl-elfejn u ħdax Bernard Grech kien ikkampanja kontra d-dħul tad-divorzju.

Fuq kollox il-fazzjoni Busuttil qed tħeġġeġ lil kunsilliera tagħha sabiex jibdew jikkampanjaw għall-avukat Bernard Grech.

Id-deputati li sfiduċjaw lil Kap qed jipproponu ukoll lil Therese Comodini Cachia sabiex tikkontesta flok Delia.

Id-deputati li sfiduċjaw lil Kap jafu li b’Therese Comodini Cachia mhu se jagħmlu xejn, minħabba li jafu li hemm ħafna Nazzjonalisti li ma ħafruliex li kienet se tagħżel is-siġġu tal-Parlament Ewropew minflok is-siġġu tal-Parlament Malti.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-fazzjoni Busuttil xorta qed tħeġġeġ lil Comodini Cachia tikkontesta biex il-kunsilliera ikollhom l-għażla.

Anki l-Ewro-Parlamentari Roberta Metsola mistennija titfa’ isimha jekk issir elezzjoni għal Kap. Metsola li ukoll tgawdi l-appoġġ mill-fazzjoni Busuttil, mistennija tieħu l-voti minn din il-fazzjoni taż-żgħażagħ u n-Nazzjonalisti liberali.

Id-deputati Claudio Grech jidher li mhux se jitfa’ ismu għal Kap, għax għadu mhux qed iħoss li dan huwa l-mument tiegħu.

Jeżistu ħafna mistoqsijiet dwar x’se jagħmel l-avukat Joe Giglio.

Sorsi qalulna li bejn Giglio u Jason Azzopardi jidher li hemm xi diżgwid, iżda l-fazzjoni Busuttil lesta ukoll taħdem ma’ Giglio jekk jieħu t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Intant Adrian Delia qal ukoll li se jerġa’ jikkontesta għal Kap Nazzjonalista, jekk il-kunsilliera jagħżlu li jmorru għal elezzjoni għal Kap, bid-deputati li sfiduċjaw lil Kap qed jargumentaw, li fit-tmun tal-partit iridu lil kulħadd, barra lil Adrian Delia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend