91 żagħżugħ u żagħżugħa temmew diversi stadji tal-programm Youth.inc – One News

Notifiki

91 żagħżugħ u żagħżugħa temmew diversi stadji tal-programm Youth.inc

91 żagħżugħ u żagħżugħa ġew preżentati b’ċertifikat wara li temmew diversi stadji tal-programm Youth.inc.

Youth.inc, li huwa mmexxi minn Aġenizja Żgħażagħ huwa programm ta’ esperjenza edukattiva għal żgħażagħ ta’ bejn l-età ta’ 16 u 21 sena li jixtiequ jkomplu jibnu fuq l-esperjenza edukattiva tagħhom u jwessgħu l-għarfien tagħhom, il-valuri u l-ħiliet biex jew jidħlu fil-qasam tax-xogħol jew biex jiggwadanjaw kwalifiki biex ikomplu t-taħriġ tagħhom.

Il-programm huwa mmirat biex joffri għajnuna liż-żgħażagħ biex jiksbu kompetenzi ewlenin, ħiliet settorjali u tisħiħ fl-għarfien f’livelli differenti. Youth.Inc jiġi offrut bħala programm full-time f’Livell 1, Livell 2 u Livell 3 fil-kumpless ta’ Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera.

Il-programm huwa mfassla madwar il-bzonnijiet taż-żgħażagħ li jkompli jsaħħaħ l-irwol kumplimentari tat-tagħlim formali u mhux formali.

Youth.inc għandha żewġ livelli ta’ dħul skont il-Qafas Malti għall-Kwalifiki.

Għaċ-ċerimonja attendew il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Clifton Grima.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend