Minn tal-inqas sbatax -il persuna inqatlu filwaqt li tnejn u għoxrin persuna oħra huma feruti kawża ta’ karozza bomba fl-Afganistan.
Din l-isplużjoni seħħet lejliet li t-Talibani ddikjaraw waqfien tal-isparar waqt il-festival Iżlamiku li jiċċelebra l-festa Eid Mubarak.
It-Talibani ċaħdu r-responsabilità ta’ dan l-attakk filwaqt li l-Istat Iżlamiku għadu ma kkumentax.
Kelliem għall-gvern tenna li huwa maħsub li l-attakk huwa bomba suwiċida.