Tbid fekruna fil-bajja tal-Għadira – One News

Notifiki

Tbid fekruna fil-bajja tal-Għadira

Dawk li kienu fuq il-bajja tal-Għadira esperjenzaw xi ħaġa differenti mis-soltu, hekk kif fekruna dehret tiela’ fuq ix-xtajta u wara li mxiet xi metri biedet numru ta’ bajd.

Bl-aħbar tal-bajd tal-fekruna kienu infurmati l-membri ta’ Nature Trust, l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi u l-Pulizija li mill-ewwel bdew bil-ħidma biex tkun imħarsa ż-żona.

Iż-żona fejn hemm il-bejta tinsab protetta bit-tama li ma ssirx ħsara lil bajd li noramalment jieħu max-xahrejn biex tbid.

 

Ritratti: Nature Trust/Facebook, Tony Sammut u ERA

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend