Se toħroġ sejħa għal bastiment biex ikunu iżolati immigranti irregolari – One News

Notifiki

Se toħroġ sejħa għal bastiment biex ikunu iżolati immigranti irregolari

Il-Gvern se joħroġ sejħa ta’ espressjoni ta’ interess għal bastiment, bil-għan li fuqu jinżammu immigranti fi kwarantina.

Dan intqal fi stqarrija fejn intqal li l-Gvern qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex inaqqas il-wasliet lejn Malta, tant li fl-aħħar ġimgħat eluf ta’ immigranti li bdew il-vjaġġ mil-Libja kienu salvati fl-ibħra Libjani u ttieħdu lura minn fejn bdew il-vjaġġ.

Ġie rrimarkat li baqgħet għaddejja wkoll il-ħidma għal rikolazzjonijiet u ritorn ta’ persuni li ma jkunux eleġibbli għall-protezzjoni.

Il-Gvern qal li minkejja dan kollu, jibqgħu jinqalgħu każi fejn fl-ibħra Maltin l-għażla tkun bejn jekk jissalvawx persuni li jkunu qegħdin jegħrqu jew jekk jitħallewx imutu.

F’dawn il-każijiet, il-Gvern qal li Malta ma jkolliex għażla ħlief li ssalva skont l-obbligi legali u internazzjonali tagħha li bihom hi marbuta.

L-istqarrija tal-Gvern qalet li sal-lum diġà ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fil-każijiet fejn instabu immigranti pożittivi għall-Covid-19 u dawn dejjem inżammu iżolati.

Qal li l-Gvern fetaħ klinika f’Ħal Far operata mill-organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar.

Il-Gvern saħaq li f’dan l-istadju, huwa jħoss li għandu jkun hemm ukoll l-għażla li jintuża dan il-bastiment biex is-sitwazzjoni tkun ikkontrollata u amministrata b’mod aħjar.

Il-Gvern spjega kif dan il-bastiment irid jikkumplimenta l-ħidma tal-Gvern Malti, li hija qabel xejn iffukata fuq il-prevenzjoni tal-wasliet, u l-użu tiegħu huwa maħsub għal meta l-Forzi Armati ta’ Malta ma jkollhomx għażla ħlief li jsalvaw persuni li jkunu qed jegħrqu.

Aqra wkoll:

19-il immigrant li ddaħħlu f’pajjiżna jirriżultaw fil-pożittiv għall-Covid-19 u ġew iżolati

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Proset u grazzi tal-ħidma bla waqfien. Sewwa tagħmlu għax per eżempju l-Marokk mhemmx gwerrer. U dejjem infurmaw lil poplu ħalli kulħadd ikun jaf x’qed isir.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend