Raġel ta’ wieħed u erbgħin sena minn San Ġwann ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li darab lil missieru li huwa anzjan.
Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Carolina Farrugia Frendo semgħet kif allegatament l-akkużat li kien jgħix ma’ missieru mbotta l-anzjan mal-ħajt u kkawżalu ġrieħi f’żaqqu.
Fil-Qorti ntqal ukoll li l-anzjan rrapporta lill-ibnu lil Pulizija u spjegalhom kif ibnu jitlef il-paċenzja malajr.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo wissiet lill-imputat biex ma jerġax jiddiskuti dan l-inċident ma’ missieru u jħallih fil-paċi.
Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq garanzija personali ta’ ħamest elef ewro u ordnatlu jiffirma fl-għassa darba f’ġimgħa.